Vjaġġi

  • Ali Baba jmur Marrakech

    Ali Baba jmur Marrakech

    Irrid nagħmilha ċara mill-bidu li nqis il-Marokk bħala pajjiż affaxxinanti, wieħed mill-favoriti tiegħi. Li se nirrakkonta hawn huma ġrajjiet kemxejn ikkuluriti li jenfasizzaw kemm dan huwa pajjiż speċjali, bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu bħalma għandu kulħadd. Il-pjazza Jemaa…

  • Għaliex l-iskiing ma jgħoddx għalija

    Għaliex l-iskiing ma jgħoddx għalija

    Fix-xitwa hemm ħafna jħobbu jmorru skiing, fosthom l-għeżież nett tiegħi, ħbieb u miljuni oħra madwar id-dinja. Imma mhux jien. Mort xi darbtejn tlieta u kienu biżżejjed biex ninduna li ma jgħoddx għalija. Issa sirt, meta nsib ruħi…

  • Ali Baba jirkeb fuq Zidane

    Ali Baba jirkeb fuq Zidane

    Żmien ilu morna l-Marokk. Ġmiel ta’ pajjiż! Waħda mill-mawriet li għamilna hemmhekk kienet waħda organizzata lejn l-inħawi tal-muntanji tal-Atlas. Dħalna fil-ħin miftiehem fil-minibus, li kien qed jistenna fil-pjazza Jemaa el-Fna ta’ Marrakech, u wara siegħa nistennew lil…

  • Riga, il-Latvja

    Riga, il-Latvja

    Sa ftit ġimgħat ilu, il-Latvja għalija kienet wieħed mit-tliet pajjiżi Baltiċi, fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa, li flimkien mal-Estonja u l-Litwanja kienu jagħmlu mal-eks Unjoni Sovjetika. Kien ukoll il-pajjiż tal-ġirien tiegħi fl-uffiċċju fuq ix-xogħol. Il-belt kapitali hija Riga,…

  • Il-kolonni ta’ Buren

    Il-kolonni ta’ Buren

    Xi ftit tas-snin ilu morna Pariġi, u nista’ ngħid impressjonatni sew. Fost ħafna ritratti li ġbidt, wieħed minnhom kienu ta’ bitħa kbira, imdawra bil-kolonni u mimlija pedestalli baxxi miżbugħin bl-istrixxi. Kien tard waranofsinhar u kont mgħaġġel biex…

  • Gent, il-belt gotika

    Gent, il-belt gotika

    Fil-qalba tal-belt sabiħa Belġjana ta’ Gent hemm kastell imponenti, il-“kastell tal-konti”, magħruf bħala Gravensteen. Dawn ir-ritratti meħudin hemmhekk huma fil-fatt bil-kulur, imma prattikament l-uniku kulur li fihom huwa l-griż. Gent hija meqjusa waħda mill-isbaħ bliet fil-Belġju, u…

  • Agadir (il-Marokk) – Frar 2011

    Agadir (il-Marokk) – Frar 2011

    Tliet sigħat ‘il bogħod mill-kesħa u l-griż ma jaqta’ ftit li xejn tal-Belġju fi Frar… … ħriġna mill-ajruplan u rfisna l-asfalt tal-ajruport ta’ Agadir. Kien tard waranofsinhar, b’temperatura komda ta’ xi 24 grad, xemx tiżreġ u bla ebda…

  • Mons – il-Ħadd 16 ta’ Awwissu 2009

    Mons – il-Ħadd 16 ta’ Awwissu 2009

    Il-Ħadd kellu jisbaħ ġurnata oħra sajfija u sħuna. Qomt ikkargat biex inżid post ieħor fil-Belġju li nduru dawra tajba bir-ritratti, dħalt fil-karozza u dabbart rasi. Imma minflok sajf, xemx u sħana sebaħ griż u umdu. U iva,…

Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.