“O xi ġmiel tidher Malta minn fuq!”
Waqt il-passa qal hieni l-għarnuq;
Kaċċatur spara tir,
L-għarnuq ħass uġigħ kbir,
Baqa’ nieżel, miksur u maħruq!
– “Merħba Maltija”, limerikka ta’ Guido Lanfranco
I would be prepared to go back to the European Court of Justice over the issue of spring hunting to defend Malta’s rights despite the risk of incurring millions of euros in fines.
– il-Prim Ministru ta’ Malta, Lawrence Gonzi, kif irrappurtat fit-Times tat-30/10/2010
Il-fiduċja tiegħi fil-mexxejja ta’ pajjiżi tħoss uġigħ kbir ieħor, u għadha nieżla, miksura u maħruqa!
Ma kellix ċans nikteb f’dawn l-aħħar ftit ġranet, imma ma stajtx inħallih għaddej qisu ma ġara xejn dal-kumment tal-Prim Ministru ta’ pajjiżi. Malta għandha dritt li fir-rebbiegħa toqtol għasafar li qed ipassu biex imorru jbejtu. X’miżerja ta’ valuri qed niftaħru bihom ma’ sħabna l-Ewropej!
Kbirt bl-illużjoni li s-sewwa jirbaħ żgur, u li pajjiżi jixraqlu mexxejja li jaħdmu biex iseħħ sewwasew dan. Issa qed nara li hija biss il-kilba għall-voti li qed tirbaħ.
Leave a Reply