Għalhekk ġejna hawn

Intfajna bilqiegħda quddiem parapett nixorbu cocktail. Buġibba għandha reputazzjoni ta’ post mhux wisq… raffinat, imma spiss munita jkollha żewġ naħat, u dik li konna qed napprezzaw kienet tant sabiħa!

Iż-żiffa friska ta’ filgħaxija ta’ Ottubru kienet indikazzjoni li l-ħarifa issa daħlet sew u l-qilla tas-sajf battiet. Perfett biex issegwi l-ispettaklu ta’ nżul ix-xemx.

Kull ma jgħaddi l-ħin, ix-xenarju beda jsir aktar drammatiku.

Huwa (ukoll) għalhekk li ġejna nintasbu f’din il-kakofonija li hija art twelidna.


Comments

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading