Spiss, meta konna noqogħdu f’Hoeilaart għal parti sostanzjali minn ħajjitna fil-Belġju, filgħaxija ninzerta nħares mit-tieqa lejn il-Punent fejn tkun nieżla x-xemx. Ikolli nerħi kollox minn idejja u noħroġ niġri bil-kamera biex niġbed ritratt tal-ispettaklu. Meta jkun hemm xi ftit tas-sħab fin-nofs, ix-xenarju jkun tal-meravilji. Dan ta’ hawn fuq u li ġejjin huma fost l-isbaħ li għandi fil-kollezzjoni.





Id-dar fejn konna noqogħdu f’Hoeilaart għadni nimmissjaha s’issa, u mhux l-ewwel darba li meta mmur nimxi, mhux wisq ‘il bogħod minn fejn noqogħdu issa f’Overijse, ngħaddi proprju minn maġenbha biex inġedded ftit il-memorji.

Leave a Reply