Meta nkun Malta jiġru bosta affarijiet li jispirawni ngerger.
Dalgħodu għaddej tal-gass, bis-sistema ta’ distribuzzjoni mfassla fi żmien il-ħaġar. Trakk idur fl-irħula darba fil-ġimgħa, idoqq ĦORN LI JTARRAX għal sigħat sħaħ, u n-nies, li naturalment ma jmorrux ix-xogħol (għax il-Mara Maltija bil-għaqal u tibqa’ d-dar tieħu ħsieb il-familja minflok toħroġ taħdem) ikunu pronti biex iqandlulhom tank tal-gass vojt u minfloku jingħataw tank mimli li jiżen qrib nofs tunnellata. U gwaj jekk tinzerta l-koppja jaħdmu t-tnejn (hawn Malta mdorrijin ngħidu, il-mara taħdem…), jew ma jkollokx ċilindru tal-gass vojt, għax bla gass tibqa’.
Kmieni fis-seklu l-ieħor, qabel ma żviluppajna, fil-Belt kellhom mgħoddijin kanen taħt l-art minn fejn kien jitqassam il-gass fid-djar. Din is-sistema tintuża f’pajjiżi li għadhom naqra lura bħal fl-Ewropa kontinentali. Aħna mhux hekk. Aħna state of the art.
Leave a Reply