Fejn huma l-problemi?

Temp mill-isbaħ. Baħar mill-isbaħ. Kulħadd jgħix ħajja deċenti, bi ftit eċċezzjonijiet li ssibhom kullimkien. Nies għaddejjin għall-affari tagħhom, daħqana u kuntenti. L-atmosfera li ħassejt il-Ħadd filgħodu, ftit sigħat biss wara li llandjajna f’Malta, hekk kif mort Pembroke biex nieħu sehem f’tellieqa hemmhekk, kienet tabilħaqq waħda ferriħija. Illum l-istess. Filgħodu xirja ħwejjeġ, imbagħad daqtejn bil-ballun ma’ Gianluca, pizza tajba l-Vecchia Napoli, passiġġata fil-Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema, waqt li Roberta marret xoping bil-kwiet mal-kuġini tagħha.
 
Hija prova ta’ dak li ili nsostni, li min jgħid li f’Malta hawn xi kriżi qed jgħid ereżija mill-kbar. Malta huwa pajjiż li bil-problemi kollha li għandu, li qatt u mkien ma jkunu nieqsa taħt xi forma jew oħra, qed jgħix ħajja serena. Ħasra li kull ftit minuti x’ħin tixgħel it-television tisma’ lil xi ħadd jeqred fuq l-imberkin immigranti, irregolari jew illegali sejħilhom li trid. Hija kwistjoni minfuħa ELF DARBA aktar milli hemm bżonn. Il-problema li hemm hi waħda – it-trattament li anqas biss hu xieraq għall-annimali li qed jirċievu dawn il-povri nies, mingħand poplu "nisrani" u "magħruf għal kemm jilqa’ lin-nies". Iva, mela, mhux hekk…

Comments

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading