Fuq kollox

  • Iva (dak kien żmien!)

    Iva (dak kien żmien!)

    Ftit ilu nzertajt smajt mp3 bil-kanzunetta “Iva, għal sħubija mal-Ewropa”. Tpaxxejt nismagħha! Tpaxxejt, l-ewwel nett għax bħala kanzunetta hija pjaċevoli. Tpaxxejt għax qabbditni nostalġija għal żmien li oramaj ilu xi 9 snin. Tpaxxejt ukoll, għax ftakart f’kemm…

  • Trattament allegatament differenti

    Tirritani l-użanza li meta xi ħadd iwettaq delitt il-mezzi tal-aħbarijiet idaħħlu f’kull sentenza l-kelma “allegat” jew “allegatament”, anki quddiem evidenza ċara u ovvja, imma naf li dan isir minħabba l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza ta’ dak li jkun meta…

  • Jindaħlu lin-nies kif jgħixu ħajjithom

    Kif iridu jibqgħu jinsistu jindaħlu lin-nies kif jgħixu ħajjithom! Ħa nsemmi l-Iżlam. Din li se nsemmi hija ġrajja drammatika li qed isseħħ issa. Żagħżugħa ta’ 18-il sena mill-Pakistan marret l-Ingilterra bit-tama li tibni l-futur tagħha billi tistudja…

  • Ara min jazzarda jikkritika lil Malta

    Skont Malta Today, it-tenur ċelebri Malti Joseph Calleja kkummenta fuq il-paġna tiegħu fil-Facebook kontra stazzjon televiżiv Ġermaniż li xandar dokumentarju xejn komplimentuż fuq il-mod kif il-kaċċaturi Maltin (jew għallinqas uħud minnhom) qed iħammrulna wiċċna mad-dinja. Id-dokumentarju ma…

  • Sewwieqa żorri

    Nista’ nassoċja ruħi għalkollox ma’ dan l-artiklu (“No thanks from drivers”) fit-Times of Malta, li jittratta dwar: Kemm aħna żorri aħna l-Maltin meta nsuqu l-karozza! Ġeneralizzazzjoni, veru, imma ġeneralizzazzjoni jisimha magħha: tiddeskrivi s-sitwazzjoni ġenerali, mhux l-individwi. Fost…

  • Tlugħ ix-xemx fuq Triq il-Liġi fi Brussell

    Tlugħ ix-xemx fuq Triq il-Liġi fi Brussell

    Seħibna Gawdenz fuq il-pedestall, jissorvelja t-traffiku dieħel minn Triq il-Liġi fid-direzzjoni taċ-ċentru ta’ Brussell, attent sabiex ħadd ma jaqbeż il-50 kilometru fis-siegħa statutorji. Xena li kull filgħodu tpaxxi lit-tradutturi Maltin u oħrajn sħabhom Ewropej huma u deħlin…

  • Ġenoċidji

    Inqas minn 70 sena ilu, miljuni ta’ nies inqatlu fl-Ewropa għar-raġuni biss li kienu Lhud. Illum, 27 ta’ Jannar, hu l-jum internazzjonali li jfakkar dak il-ġenoċidju, imsejjaħ ix-Shoah. Imma ma kinux biss in-Nażisti ħatja ta’ delitt ikrah bħal…

  • Il-lajks

    Tara erba’ karattri qegħdin sew fuq Facebook. Bir-riskju li xi ħbieb jistgħu jagħrfu lilhom infushom fil-kategoriji li ġejjin: naf li mhux se tieħdu għalikom, u biex nikkwota lil ċertu wieħed Ġużeppi, “Inħobbkom!” Wara kollox jien nikkwalifika għal…

  • Weraq niexef

    Weraq niexef

    Il-ħarifa fil-Belġju kull sena tagħtina spettaklu ta’ kulur. Mal-art taħt is-siġar, u mhux biss, jifforma tapit ta’ weraq niexef. Jagħmel sabiħ, imma l-aħjar f’xi ġnien pubbliku fejn eventwalment jiġu jneħħuh in-nies tal-gvern. Fil-ġnien tad-dar ifisser battikata għalina!…

Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.