Fuq kollox
-
Nostalġija
Laqatni sew dal-video, meħud fl-1989, wieħed u għoxrin sena ilu, tax-xatt ta’ Tas-Sliema u biċċiet minn San Ġiljan u Paceville. Tefgħu fuq il-Facebook ħabib tiegħi u għadda kumment fuq kemm hu familjari u fl-istess ħin kemm inbidlu…
-
Fiċ-Ċilì rajna l-vera natura umana
Fejn dejjem insib x’nikkritika, fl-aħħar ġrat aħbar jew ejja ngħidu avveniment li nista’ nara biss affarijiet pożittivi fih. U naħseb mhux għalija biss, imma kull min rah ma setax ma jħossux jinħakem minn sentimenti sbieħ, kif jgħidu…
-
Ir-rebbiegħa
Kull filgħaxija kienu jiġu jinnamraw, dejjem fuq l-istess fergħa fil-ġnien tagħna. Ġiet ix-xitwa u ma rajnihomx aktar. Issa x-xitwa spiċċat, u reġgħu tfaċċaw. Kemm huma ħelwin! Sabiħa wisq ir-rebbiegħa.
-
Nies imutu qishom dubbien… u aħna nixwu z-zalzett
Il-bieraħ mort Spa, u kont se nikteb fuq hekk, imma biddilt il-ħsieb. Biddilt il-ħsieb, għax ma stajtx inħalli għaddej, qisu qatt ma ġara xejn, l-aħħar traġedja li għadha kif ġrat ftit mili ‘l barra mix-xtut ta’ Malta. …
-
It-traġedja tal-qtil ta’ ċiklist
It-traġedja li laqtet lill-familja ta’ Cliff Micallef ma tistax tiddeskriviha bil-kliem. Mal-familja, intlaqtu wkoll sħabu l-isportivi, speċjalment iċ-ċiklisti. Il-ħsara li kkawża dak li qatlu hi kbira, enormi, tal-biża’, u nispera li dan it-tali jieħu dak li ħaqqu…
-

Il-Belġju fis-sajf
Min jgħid li fil-Belġju jagħmel biss temp ikrah għandu żball. U żgur li jagħmel temp ikrah, imma mbagħad meta jiġi t-temp sabiħ napprezzawh iżjed. Mhux biss, imma fir-rebbiegħa u fis-sajf il-ġurnata tibqa’ mdawla sa tard filgħaxija. Ftit…
-
L-Indifferenti
Jekk hemm konklużjoni ċara u inekwivokabbli li toħroġ mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, hija din. Il-maġġoranza assoluta, xi 55 fil-mija tal-elettorat, ma tinteressahiex minn din l-elezzjoni tant li lanqas indenjat ruħha tinqala’ minn darha biex tivvota. Din tal-astensjonisti hija…
-
Cul Europa
Fi ftit sigħat oħra f’Malta ma jkunx possibbli xxandar komunikazzjonijiet ta’ natura politika. Għada l-Ġimgħa tibda ġurnata ta’ “riflessjoni” dwar il-vot għall-Parlament Ewropew. Imma hawnhekk fil-Belġju s-sarima ma tgħoddx għax m’hawnx liġi li ma tħallinix nikteb favur…
-
In-namrati
Dawn iż-żewġ namrati jiġu jiltaqgħu fil-ġnien tagħna kull filgħaxija
Subscribe
Subscribe to get my latest stories in your inbox.