Ġenoċidji

Inqas minn 70 sena ilu, miljuni ta’ nies inqatlu fl-Ewropa għar-raġuni biss li kienu Lhud. Illum, 27 ta’ Jannar, hu l-jum internazzjonali li jfakkar dak il-ġenoċidju, imsejjaħ ix-Shoah.

Imma ma kinux biss in-Nażisti ħatja ta’ delitt ikrah bħal dan. Kien hemm tant vittmi oħra, fil-Jugoslavja ftit tas-snin ilu, fl-Armenja mitt sena ilu, fl-Irwanda, l-Amerikani indiġeni, u min jaf kemm aktar fis-snin l-imgħoddija, ċiviltajiet sħaħ meqruda għal kollox. Probabbli anki n-Neandertal kienu sfaw eliminati minn wiċċ id-dinja mill-antenati tagħna. Għandna storja li xejn ma tagħmlilna ġieħ, imdemmija u tal-waħx.

Għaliex, tgħid, daqshekk krudili l-bniedem?


Comments

One response to “Ġenoċidji”

  1. malcolm avatar
    malcolm

    Nahseb hi natura tonio u mhux il bniedem biss jaghmila. Its always survival of the fittest

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading