L-ewwel fl-irrazzjonalità

Prosit għalina eh. L-aħħar post mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn għandu x’jaqsam l-għarfien tax-xjenza.

Naqbel eżatt ma’ li kitbet Daphne fuq is-suġġett. Dar-rekord ta’ mistħija u l-kultura prevalenti f’Malta ta’ irrazzjonalità, inkapaċità fil-loġika u nuqqas ta’ ħsieb kritiku huma kollha relatati ma’ xulxin. It-tfal Maltin minn ċkunithom mgħallmin jaċċettaw il-ħsibijiet u l-fatti ddettati lilhom minn pożizzjoni ta’ awtorità, u gwaj għal min jazzarda jiddubita jew ma jaqbilx, anki jekk ir-raġuni turi mod ieħor.

Anzi, ngħiduha b’wiċċna minn quddiem li m’aħniex kapaċi fil-matematika. Kemm kemm mhux bi ftaħir, minflok nipprovaw indawru s-suġġett. Immaġina ma nafx naqra jew nikteb. Ma noqgħodx ngħidha lin-nies ħlief jekk veru nkun imġiegħel.

Comments

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading