Qed jgħidulna li koppji omosesswali m’għandhomx ikollhom dritt jadottaw tfal, għax it-tfal għandhom jitrabbew minn raġel u mara.
Jissemma wkoll il-“periklu” li jkunu influwenzati mill-istil ta’ ħajja tal-ġenituri adottivi tagħhom. Ejja ngħidu mhux fis-sens li jitħajru jaqbdu “triq ħażina”, imma pjuttost li jistgħu ma jesprimux is-sesswalità normali tagħhom, u jsiru omosesswali huma wkoll.
Din ħrafa. Semmaj it-tfal imrobbijin hekk jitgħallmu jkollhom moħħhom aktar miftuħ minn ħafna nies fis-soċjetà bħalissa, u jaċċettaw bħala ħaġa normali li koppja tkun tal-istess sess. Is-sesswalità ta’ xi ħadd adolexxenti altru li se toħroġ fl-istat naturali tal-individwu, ikunu xi jkunu t-tendenzi tal-ġenituri!
Għax inkella, jekk ngħidu li tifel jew tifla għandhom dritt jitrabbew minn koppja raġel u mara, mela la ġenituri waħidhom m’għandhom jitħallew irabbu, u inqas u inqas ma għandhom l-istess tfal jitrabbew minn qassisin u sorijiet, la dan mhux “naturali”…
Leave a Reply