Inżul ix-xemx memorabbli

 
B’kumbinazzjoni fiż-żewġ ritratti li tellajt s’issa bħala r-"Ritratt tax-Xahar" tidher Filfla. Kumbinazzjoni, sa ċertu punt…
 
Wied iż-Żurrieq, 30 ta’ Diċembru 2009. Dar-ritratt jagħmel parti minn album jismu "As Europe freezes". Kien fi żmien il-Milied, meta l-Ewropa kienet miksija bil-borra u mifnija b’temperaturi polari waqt li Malta kienet qed tgawdi minn temp qisu tar-rebbiegħa. Gergirt ftit meta rajt dik l-istruttura pparkjata eżatt quddiem Filfla, imma spiċċat ħolqot kuntrast interessanti mal-elementi spettakolari tan-natura.

Kien inżul ix-xemx memorabbli. Ix-xemx nieżla ħadet lewn ħamrani aktar mis-soltu, ksiet l-irdum ta’ taħt iż-Żurrieq b’dawl ħafif ruxxan, waqt li minn wara l-irdum kien tiela’ qamar kważi kwinta. Tal-għaġeb kien sabiħ.

Lura soqna mit-triq li timxi mal-kosta lejn Għar Lapsi u s-Siġġiewi. Inżul ix-xemx kien quddiemna, u l-ħmura qawwija li kien hemm fis-sema quddiemna qatt ma rajt bħalha.

Sabiħa Malta.

Comments

One response to “Inżul ix-xemx memorabbli”

  1. Sue avatar
    Sue

    ghogbitni- xena tassew memorabbli !!

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading