Malta
-
Nies imutu qishom dubbien… u aħna nixwu z-zalzett
Il-bieraħ mort Spa, u kont se nikteb fuq hekk, imma biddilt il-ħsieb. Biddilt il-ħsieb, għax ma stajtx inħalli għaddej, qisu qatt ma ġara xejn, l-aħħar traġedja li għadha kif ġrat ftit mili ‘l barra mix-xtut ta’ Malta. …
-
It-traġedja tal-qtil ta’ ċiklist
It-traġedja li laqtet lill-familja ta’ Cliff Micallef ma tistax tiddeskriviha bil-kliem. Mal-familja, intlaqtu wkoll sħabu l-isportivi, speċjalment iċ-ċiklisti. Il-ħsara li kkawża dak li qatlu hi kbira, enormi, tal-biża’, u nispera li dan it-tali jieħu dak li ħaqqu…
-
Cul Europa
Fi ftit sigħat oħra f’Malta ma jkunx possibbli xxandar komunikazzjonijiet ta’ natura politika. Għada l-Ġimgħa tibda ġurnata ta’ “riflessjoni” dwar il-vot għall-Parlament Ewropew. Imma hawnhekk fil-Belġju s-sarima ma tgħoddx għax m’hawnx liġi li ma tħallinix nikteb favur…
-
Sabiħ wisq il-baħar
Dawn ir-ritratti ġbitthom fil-ġimagħtejn vaganza li għamilna f’Malta fi żmien l-Għid. Ma tantx sibna temp sabiħ, imma l-ġranet sbieħ li nzertajna kienu mill-isbaħ! L-album sħiħ jidher fil-kolonna tal-lemin.
-
Fejn huma l-problemi?
Temp mill-isbaħ. Baħar mill-isbaħ. Kulħadd jgħix ħajja deċenti, bi ftit eċċezzjonijiet li ssibhom kullimkien. Nies għaddejjin għall-affari tagħhom, daħqana u kuntenti. L-atmosfera li ħassejt il-Ħadd filgħodu, ftit sigħat biss wara li llandjajna f’Malta, hekk kif mort Pembroke…
-
Malta, Malta, erġajna ġejjin…
L-Air Malta mingħalihom in-nies kollha nani, u s-siġġijiet jagħmluhom tant viċin lejn xulxin li rkupptejja jispiċċaw issikkati mas-siġġu ta’ quddiemi, u jien lanqas jien xi twil. Normali. Mingħalihom ukoll li n-nies torox. "SINJURI, MERĦBA ĠEWWA MALTA!" b’volum…
-
Skizofrenija lingwistika
X’inhi l-lingwa tal-Maltin, il-Malti jew l-Ingliż? Ħeqq, ovvja, jiġi l-ewwel ħsieb, il-Malti, mhux hekk? Imma mbagħad mur iftaħ il-paġna tal-internet ta’ liema skola Maltija trid, u għidli b’liema lingwa ssibha. Bi ftit eċċezzjonijiet (jekk hemm, għax…
-
The Imps have chosen
In Lilliput, after three years of bitter struggle within their tribe, the Imps have finally chosen their new leader. Gasket, the goblin who looks a bit like a poodle, is the one who the Imps think will lead…
-
Lilliput chooses its Great Leader
The goblins in Lilliput have decided who will be their Great Leader for the next five centuries. It was a truly dramatic outcome. Even before the start of counting of votes, the Imps where already out in…
Subscribe
Subscribe to get my latest stories in your inbox.