Agħmilli pjaċir, alstublieft, kellimni bl-Ingliż

Taf x’jogħġobni meta nkun Malta?

Le, mhux it-temp, altru li le… Jogħġobni li nidħol għand tal-Maxims, u mingħajr ħafna tlaqliq bil-Franċiż, s’il vous plait-jiet u kummiedji, jew agħar minn hekk “Goede morgen” bl-Olandiż, u “jimporta nitkellem bl-Ingliż?” qishom qed jagħmluli pjaċir kbir… minflok dat-tqanżiħ kollu:

“Sitta u sitta jekk jogħġbok!”

U tal-Maxims jifhem mill-ewwel xi rrid infisser. Jista’ jagħżel bejn timpani u meat pies, sausage rolls, pizez, qassatat… imma mingħajr m’għandi bżonn noqgħod nispjegalu sitta u sitta tfisser sitt pastizzi tal-irkotta u sitta tal-piżelli, u għaxar sekondi wara kelli żewġ boroż mimlijin kolesterol mill-aktar bnin. Tgħidx kif intfajna fuqhom!

Ħa mmur inkompli nippakkja issa ta, għax mhux ċajta ġġorr id-dar, aħseb u ara tnejn… Insellmilkom.

Comments

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading