Poeżija

SUFANI TAS-SEJJIEĦ

 

Is-sufan tal-ħarifa kien sabiħ

Meta l-kamera ħadet in-nar

U aħna l-boloħ niddejqu u nistagħġbu

Fid-dar tal-qraba u l-ħbieb il-kbar.

 

Is-sejjieħ ħa ’l Salvu għand is-sur

Imma ċ-ċinematografija tal-qamar

Sabet dak li riedet dik ta’ qablu

Fit-twieqi ż-żgħar ta’ nofsinhar.

 

Fl-aħħar stembaħt u rajthom

Gzuz u kobob ta’ karti fil-kxaxen

Ma niflaħx inħoss il-qtugħ ta’ qalb

’il quddiem fuq ir-Rediffusion.

 

O Poplu Safi, qum u isma’!

Is-siegħa tat-temp waslet qatigħ

Ma nafux, u xorta waħda nafu

Dwar is-sufani tas-sejjieħ.

 

Nota tal-poeta – din il-poeżija, ispirata minn oħrajn li kont imġiegħel nistudja biex inġib il-Matrikola tal-Malti ħalli nkun nista’ nidħol l-università, se nippubblikaha fi ktieb li jkun jagħmel parti mis-sillabus il-ġdid tal-Matrikola tal-Malti. Fl-eżami, l-istudenti se jkollhom jagħtu kummenti li jagħmlu sens dwar din u poeżiji oħra bħalha mimlijin għerf u intellettwalità.

 

Health warning: the above "poem" and the "poet’s" comment underneath should not be taken too seriously!

Comments

One response to “Poeżija”

  1. Unknown avatar
    Unknown

    :))))))))

Leave a Reply


Subscribe

Subscribe to get my latest stories in your inbox.

Discover more from Gallarija

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading